L-istudenti Universitarji Għawdxin huma urtati għas-sitwazzjoni xejn sabiħa li fiha qed jagħmlu l-eżamijiet f’dawn il-jiem.
Fi stqarrija, l-għaqda tal-istudenti Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) qalet li l-Ministeru għal Għawdex baqa’ fommu sieket għat-talbiet tagħhom. Dan minkejja d-diversi talbiet għall-għajnuna li saru u minkejja wkoll li diġà għaddew nofs is-sessjonijiet tal-eżamijiet.
L-istudenti qed igergru minħabba li fis-sala tal-eżamijiet fir-Rabat hemm wisq xi jtellef lill-istudenti, inkluż xogħol li għaddej fil-binja u twieqi magħluqin minħabba li fil-viċin hemm childcare center.
Filwaqt li kkummentaw ukoll dwar il-fatt li lanqas biss għandhom fannijiet fil-kamra tal-eżami, il-GUG appellat lill-Gvern għal post alternattiv għaċ-childcare center. L-għaqda sostniet li ma tagħmilx sens li childcare center jitqiegħed daqstant qrib skola jew post tal-eżamijiet.
//= $special ?>