Fit-tieni impenn tiegħu fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-2017 Malta kisbet rebħa mill-aqwa ta’ 2-1 barra minn darha kontra l-Latvja. Grazzi għal dan is-suċċess, il-Maltin qegħdin fil-quċċata ta’ Grupp I b’total ta’ erba’ punti minn żewġ partiti wara li fl-ewwel logħba, ġimgħa ilu, ġew draw 0-0 kontra l-Moldova.
Mikejja li l-Latvja marru fil-vantaġġ ma għarfux jiddefendu dan il-vantaġġ u t-tim Malti immexxi minn Silvio Vella wettaq rimonta mill-aqwa. Il-Latvja fetħu l-iskor żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima b’gowl ta’ STUGLIS. Il-Maltin ma ħallewx dan il-gowl jifxel il-pjanijiet tagħhom u fil-55 minuta kien Ryan CAMENZULI li ġab id-draw.
Kwarta mit-tmiem il-Latvja ingħataw penalty meta Tidenbergs twaqqa fil-kaxxa minn Cain Attard imma mill-11-il metru Flaksis ra t-tentattiv tiegħu salvat minn Jurgen Borg. Ta dan pattew qares għax żewġ minuti wara l-Maltin skurjaw il-gowl deċiżiv permezz ta’ Luke Montebello li daħal lejn in-nofs u b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lill-gowlkiper avversarju għal skor finali ta’ 2-1.
Il-kontinġent sħiħ jasal lura f’Malta llum għal ħabta tas-1pm.
Il-Maltin, issa jmisshom jilagħbu kontra r-Repubblika Ċeka u l-Montenegro f’Settembru filwaqt li xahar wara, f’Ottubru Malta tilgħab kontra l-Belġju.
Kif bdew:
Latvja: Cernomordijs A., Flaksis R., Gutkovskis V., Ikaunieks D., Kirilins A., Kurakins V., Sadcins I., Slampe E., Stuglis I., Tidenbergs E., Tumanovs A.
Malta: Arab S., Attard C., Borg J., Briffa E., Camenzuli R., Cesare K., Cremona L., Guillamier M. Montebello L., Muscat B., Zerafa D.
Referee: Jens Maae
//= $special ?>



