Lokali

“Nappellaw biex jitwaqqa’ l-bini u jħottu l-konkrit”

Struttura tal-konkos fid-daħla tal-Port ħdejn il-lukanda Excelsior fil-Floriana qed iġġib kritika qawwija mill-pubbliku u mill-għaqdiet ambjentali. Din l-istruttura hi parti minn proġett tal-Forzi Armati Maltin li hu kkunsidrat bħala wieħed ta’ sigurta nazzjonali.

Ħadt qabel ma tpoġġew l-istrutturi tal-konkos ma kellu dettalji dwar il-mostrożita tal-proġett. Astrid Vella, f’kummenti lil Maltarightnow.com, qalet li hi kif ukoll l-ambjentalisti jikkundannaw dan il-proġett, dan wara li l-impessjoni li ngħataw kienet differenti. Hi qalet li dan se jkun proġett li mhux biss se jgħatti parti mis-swar tal-Floriana, iżda se jistona wkoll mal-lukanda ta’ ħames stilel, Excelsior, li hemm proprju tmiss miegħu kif ukoll mal-marina tal-jottijiet li hemm faċċata.

Fi stqarrija b’rabta ma’ dan l-iżvilupp “mostruż”, iċ-chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal li “Nappellaw lill-awtoritajiet biex iwaqqgħu minnufih il-bini u jħottu il-konkrit li qiegħed għarraq is-swar tal-Belt, li hija rikonoxxuta bħala wirt arkitettoniku dinji. Il-Gvern Malti ma jistax ikompli juża l-flus tat-taxxi tal-Maltin biex ikisser il-wirt komuni storiku u arkitettoniku tagħna. L-Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea għandhom ukoll jinvestigaw jekk qed jintużawx it-taxxi tat-taxpayer Ewropew biex ikerrħu l-Belt u l-Furjana”.

Carmel Cacopardo, id-Deputat Chairperson u kelliem għall-iżvilupp sostenibbli qal li t-trattament preferenzjali li jingħata lill-Armata fil-proċess tal-ippjanar minħabba raġunijiet ta’ sigurta’ nazzjonali qed jiġi abbużat. Il-permess għandu jiġi rtirat minnufih.”