Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qal li jinnota b’dispjaċir in-nuqqas ta’ servizz min naha ta’ l-Autobus De Leon.
Il-Kunsill Lokali qal li fil-Belt kien hemm ir-rotta 133 li tiprovdi servizz madwar id-dawra tal-Belt kif ukoll minn toroq prinċipali bħal Triq-San Pawl, Triq ir-Repubblika u Triq L-iFran. Ftit tax-xhur ilu, il-Kunsill beda jirċievi numru ta’ ilmenti min-naha tar-residenti tal-Belt, speċjalemnt dawk anzjani jew b’nuqqas ta’ mobilita. Il-Kunsill għamel kuntatt mal-Autobus De Leon u dawn ikkonfermaw li kienu bidlu ir-rotta mingħajr konsultazjoni minħabba li l-vetturi iż-żgħar tagħhom kienu bil-ħsara. Pero wara l-intervent tal-Kunsill wegħdu li s-sitwazjoni kella titranġa sal-ġimgħa l-ohra. Dan ma seħħx u n-nies tal-belt qedin isofru il-konsegwenzi.
Il-Kunsill tal-Belt sostna li r-rotta stabbilita qed tkun injurata u dan għadu jikkawża tbatija kbira lil min ghandu problemi ta’ mobilita. Wħud minn dawn in-nies saħansitra stqarru li qgħedin jevitaw li joħorġu mid-dar minħabba n-nuqqas ta’ trasport pubbliku. Dan qed ikollu impatt negattiv fuq il-ħajja ta’ dawn in-nies speċjalment dawk anzjani li ma jistgħux imorru jinqdew mill-ħwienet fiċ-ċentru tal-Belt jew imorru il-Poliklinika fil-Florjana, kif ukoll jekk iridu jaslu sat-terminus biex immoru l-isptar Mater Die.
Għalhekk, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jappella lil Autobus De Leon sabiex jerġa’ jibda s-servizz komplut tar-rotta 133 hekk kif kien mifthiem mal-Kunsill. Mhijiex skuża li l-Kumpanijja m’għandiex vannijiet biżżejjed, għax dawn jistgħu jinkrew kif kien isir fil-passat.
Is-saħħa tan-nies għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox fuq il-flus li trid tagħmel l-Autobus De Leon sostniet l-istqarrija. Aktar min-hekk, il-Kunsill jipretendi li għandu jiġi kkonsultat fuq kull tibdil li beħsieba tagħmel il-kumpanija qabel ma jseħħ sabiex jistabu soluzjonijiet li ma jaffetwawx ir-residenti u l-visitaturi tal-Belt Valletta.
Risposta tal-Malta Public Transport
Fi tweġiba b’referenza għal din l-istorja , il-Malta Public Transport qalet li tixtieq tixkuża ruħha għall-inkonvenjent li qed ibgħatu residenti tal-Belt Valletta minħabba r-rotta 133. Malta Public Transport qalet li tixtieq tikkjarifika li qed topera r-rotta 133. Imma minħabba li l-vannijiet li bihom kienet topera r-rotta 133 soffrew ħsarat, il-kumpanija qed tuża vetturi akbar li ma jgħaddux mit-toroq kollha tal-Belt speċjalment dawk l-aktar dojoq.
Il-Kumpanija se terġa’ toffri s-servizz komplut hekk kif żewġ vetturi ġodda jaslu Malta fil-ġimgħat li ġejjin. Sa dan it-tant, il-Kumpanija qed tfittex li tikri vannijiet minn Malta biex taqdi l-bżonnijiet tar-residenti. Malta Public Transport terġa’ tiskużha ruħha għal kull inkonvenjent.
//= $special ?>


