Internazzjonali

Qed iberraq għall-Greċja

Il-President Franċiż Francois Hollande qal li fadal biss ftit taż-żmien biex tkun evitata sitwazzjoni fejn il-Greċja tispiċċa toħroġ miż-Żona Ewro.

Hollande qal dan wara li t-taħditiet tal-Ħadd li għadda bejn l-Uffiċjali Griegi u dawk tal-Unjoni Ewropea ma wasslux għal ftehim biex il-Greċja tingħata l-fondi tal-emerġenza taħt il-ftehim tal-bailout.

Min-naħa tiegħu, Hollande qed jagħmilha ċara li issa l-ballun jinsab f’saqajn il-Griegi.