Barrani li dalgħodu tressaq fil-Qorti ta’ Għawdex, akkużat li sawwat u kkaġuna feriti fuq mara, spiċċa biex waqt li kien qed ikun eskortat barra l-bini tal-Qorti, infexx jidgħi u kisser diversi oġġetti fil-Qorti. Fost oħrajn, hu ta daqqiet fuq il-bieb prinċipali tal-Qorti ta’ Għawdex.
Ir-raġel, li tressaq mill-Ispettur Charles Bernard Spiteri u deher quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, jidher li rreaġixxa b’dan il-mod wara li ma ngħatax il-libertà proviżorja minħabba każijiet oħra pendenti li kellu.
Hekk kif ir-raġel kien ikkontrollot mill-Uffiċjali preżenti, hu kien eskortat lejn il-Ħabs ta’ Kordin. Fis-sigħat li ġejjin, ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti b’diversi akkużi ġodda, fosthom li kkawża ħsara fil-propjetà tal-Qorti.
//= $special ?>