Ander Herrera nefaq parti mit-€3 miljuni li jaqla’ ma’ Manchester United fuq btala qasira li qatta’ f’pajjiżna, liema vaganza intemmet ilbieraħ.
Herrera poġġa ritratti fuq Instagram li juru lill-midfielder Spanjol fuq lanċa, kif ukoll taħt il-baħar fil-Blue Lagoon. Mal-ewwel dehru kummenti ta’ sostenituri tar-Red Devils, b’uħud jiktbulu li lesti jdawwruh mal-gżira kollha jekk ikun irid!
L-Ispanjol għandu 25 sena, u dan l-istaġun kien strumentali fit-tim ta’ Luis van Gaal. B’kollox hu skorja 6 gowls fl-ewwel sena tiegħu ma’ Manchester United.
//= $special ?>
