Lokali

Ritratti: Asjatiċi jiġbru l-ħaxix li jintrema fil-Pitkalija

Numru ta’ Asjatiċi għall-aħħar ġimgħat qed jintlemħu fil-Pitkalija f’Ta’ Qali jiġbru ħaxix li jkun intrema’ mill-bdiewa u l-pitkala għax ikun ta’ kwalita’ inferjuri.

Kif jidher fir-ritratti li waslu għand dan is-sit, dawn il-persuni li fil-maġġoranza tal-każi huma Ċiniżi, jinġabru jagħżlu l-ħaxix mormi fl-art.

Persuni li tkellmu magħna spjegaw li ħafna minn dawn il-persuni huma sidien ta’ ristoranti, u li mill-ħaxix li jiġbru, bħal weraq tal-kaboċċi u ġdur, kollox jindika li dan qed jintuża għall-ikel Ċiniż li jisserva fi stabbilimenti.