Internazzjonali

‘Stimolu’ għall-ħażna nukleari tar-Russja

Il-President Russu, Vladimir Putin, qal li r-Russja, din is-sena, għandha taġġorna l-ħażna nukleari b’aktar minn 40 missila ballistika interkontinentali.

Putin sostna li l-armamenti jistgħu jissuperaw anki l-aktar sistemi ta’ difiża avvanzati minn lat tekniku. Il-kummenti ngħataw wara li l-Istati Uniti pproponiet li żżid il-preżenza militari tagħha fil-pajjiżi-membri tan-NATO li jiffurmaw parti mill-Ewropa tal-Lvant.

Dan waqt li kompliet it-tensjoni dwar ir-rwol tar-Russja fil-konflitt li ilu għaddej ix-xhur fl-Ukrajna tal-Lvant.