Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fi ħdan il-Parlament Ewropew adotta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ direttiva li titratta l-investiment għall-industrija tal-kreattività, li tħares lejn l-impjiegi u biex tistimola l-ħolqien ta’ aktar postijiet ta’ xogħol f’oqsma differenti.
Fost il-membri f’dan il-Kumitat, hemm l-MEP Therese Comodini Cachia, li min-naħa tagħha spjegat kif ir-rapport joħloq il-bilanċ li hemm bżonn fl-industrija anke biex jinħolqu aktar opportunitajiet fejn tidħol it-teknoloġija, li llum il-ġurnata hu element essenzjali għan-negozji.
Therese Comodini Cachia ħadmet biex ikunu identifikati mezzi differenti li bihom tkun tista’ tintuża’ t-teknoloġija fis-settur tal-kreattività b’tali mod li l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni tkun mifruxa sew, partikolarment online. Dan, qalet Comodini Cachia, jwassal biex il-kultura Ewropea tinfirex aħjar.
Id-diversità li nsibu fi ħdan il-pajjiżi li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea hi strument li tagħmel lis-settur Ewropew tal-kreattività wieħed differenti. Il-pass li jmiss għal din id-direttiva hu li l-Membri Parlamentari Ewropej jivvutaw dwar ir-rapport fil-Plenarja ta’ Lulju biex il-Kummissjoni Ewropea tħabbar proposta leġislattiva f’Ottubru li ġej.
//= $special ?>