Futbol Sport

Alfred Effiong jista’ jibqa’ ma’ Qormi F.C.

Skont l-aħħar żviluppi marbuta mal-futur tal-attakkant internazzjonali Malti Alfred Effiong, dan is-sit hu nfurmat li l-plejer jixtieq li jkompli jilgħab għal Qormi.

Din id-deċiżjoni kienet saħansitra kkomunikata lill-President tal-klabb Redino Apap hekk kif preżentament hemm numru ta’ klabbs li qed jippersistu għall-akkwist ta’ Effiong.

Dan ifisser li f’dan l-istadju Effiong mistenni jibqa’ ma’ Qormi u parti mill-iskwadra tal-kowċ Jesmond Zerafa.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).