Futbol Sport

Christian Cassar jinteressa klabbs tal-Ewwel Diviżjoni

Il-midfielder ta’ 31 sena Christian Cassar qed jinteressa numru ta’ klabbs fl-Ewwel Diviżjoni. Fost dawn hemm Senglea Athletic li magħhom lagħab fl-istaġun li għadda fis-suċċess tal-promozzjoni mit-Tieni għall-Ewwel Diviżjoni.

Madankollu Senglea mhux l-uniċi nteressati fil-plejer, anke’ għaliex Cassar għandu r-release f’idejh.

Fil-passat Cassar lagħab għal diversi klabbs fosthom Floriana, Marsaxlokk, Ħamrun Spartans, Qormi u Gżira United.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).