Futbol Sport

Claudio Frances jista’ jibqa’ jilgħab f’Malta

Il-midfielder offensiv ta’ 22 sena Claudio Frances jinsab f’diskussjonijiet mal-klabb ta’ Qormi F.C.

Madankollu Frances għadu plejer ta’ Pieta’ u għalhekk biex jiċċaqlaq irid jintlaħaq qbil mal-klabb tiegħu.

Kif ħabbarna f’Mejju li għadda, il-plejer Arġentin diġa’ nforma lil Pieta’ Hotspurs li mhux se jkompli jilgħab magħhom wara li dan il-klabb ġie relegat għall-Ewwel Diviżjoni.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).