Clayton Felice ġie kkonfermat bħala kowċ ta’ Valletta Futsal. Fl-aħħar jiem iż-żewġ partijiet kienu bogħod minn ftehim madankollu sensiela ta’ laqgħat intemmew b’mod pożittiv.
Felice beda l-karriera tiegħu bħala kowċ tal-futsal fl-istaġun 2010/11 ma’ Ta’ Żwejt Boys fir-Raba’ Diviżjoni fejn rebaħ ukoll il-kampjonat.
F’Jannar tal-2014 Felice ngħaqad ma’ San Ġwann fil-Premier u wassal lit-tim sal-play offs u r-4 post. L-aventura tiegħu ma’ Valletta bdiet is-sena li għaddiet fejn mexxa lit-tim għar-raba’ post fil-kampjonat.
Bħala plejer, Felice lagħab għal San Ġwann fejn rebaħ it-Tielet Diviżjoni (2012) u l-Ewwel Diviżjoni (2013 u 2014).
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

