Minkejja interess minn numru ta’ klabbs lokali, jidher li l-midfielder offensiv ta’ 32 sena Denni Rocha dos Santos jista’ jkompli l-karriera tiegħu fl-Arabja Sawdija.
Fl-aħħar jiem il-plejer stqarr li l-aġent tiegħu nfurmah li kien qrib li jilħaq ftehim ma’ klabb Malti. Madankollu jidher li offerta minn klabb barrani kienet superjuri.
Deċiżjoni dwar il-futur tal-plejer, li riċentament kien qed jilgħab ma’ Zakho FC, mistennija fis-sigħat li ġejjin.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

