Lokali

Dgħajsa fil-Bajja tal-Balluta wara li nħallet mill-irmiġġ

Dgħajsa żgħira privata spiċċat fuq ir-ramel tal-Bajja tal-Balluta, f’San Ġiljan wara li nħallet mill-irmiġġ tagħha, fejn kienet marbuta ftit ‘il barra mill-bajja stess.

Jirriżulta li l-każ seħħ fl-aħħar sigħat u fuq Facebook qed isir appell biex jinstab is-sit tad-dgħajsa u tiġi evitata l-ħsara kawża tar-riħ u baħar li mistenni jkompli jitqawwa fil-ħin li ġej.