Lokali

FILMAT: Michael Falzon jikkonferma li siefer ma’ Gaffarena l-Ingilterra

L-iskandlu ta’ Strada Zekka qiegħed dejjem aktar jikber hekk kif Net News jinsab f’pożizzjoni li jikkonferma li qabel ma’ sar id-deal jinten li permezz tiegħu, Mark Gaffarena ngħata bi 3 miljun u nofs valur ta’ artijiet u flus kontanti, is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon siefer ma’ Mark Gaffarena fuq holiday l-Ingilterra.

Kien Michael Falzon innifsu li kellu jammetti dan meta mistoqsi minn dan l-istazzjon dwar il-mawra li hu kellu ma’ Mark Gaffarena. Hu kkonferma li siefer miegħu l-Ingilterra meta kien diġa’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.