Is-Segretarju Parlamenti responsabbli mill-Fondi Ewropej u mill-Presidenza tal-UE li Malta se jkollha fl-2017, tkellem b’lingwaġġ diżgustanti fil-Parlament fil-bidu tal-ħin tal-mistoqsijiet meta fil-Parlament qal li mhux se jorgażma ruħu bil-mod kif għamel mistoqsija supplimentari x-Shadow Minister Jason Azzopardi.
Jason Azzopardi għamel mistoqsija supplimentari għat-tweġiba li qara s-Segretarju Parlametari Ian Borg b’rabta mal-mod kif Spettur tal-Pulizija kien boarded out f’erbat ijiem.
Ix-Shadow Minister talab lis-Segretarju Parlamentari Ian Borg jgħid jekk id-deċiżjoni li ttieħdet f’erbat ijiem, hix riżultat ta’ effiċjenza kbira jew każ ta’ favoriżmu meta każijiet oħrajn simili jieħdu x-xhur.
Kien hawn li s-Segretarju Parlamentari wieġeb b’lingwaġġ li l-Viċi Kap għall-Ħidma fil-PN, Beppe Fenech Adami, fissru bħala kliem diżgustanti u li ma jixraqx lill-Parlament.
//= $special ?>