Futbol Sport

Ftehim biex Sasha Borg u Brooke Farrugia jiġu mislufa lil Gżira United

Iż-żagħżagħ Sasha Borg u Brooke Farrugia ta’ Floriana huma l-ewwel żewġ akkwisti konklużi mit-Team Manager ġdid ta’ Gżira United, Marlon Galea.

Dan is-sit hu nfurmat li fl-aħħar sigħat intlaħaq ftehim bejn Floriana u Gżira biex il-plejers ikunu mislufa lill-klabb tal-Ewwel Diviżjoni.

Maltarightnow.com kien diġa’ ħabbar li ż-żewġ plejers se jħallu lill-greens.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).