Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum, 17 ta’ Ġunju.
IN-NAZZJON bir-ritratti tal-isparatura li seħħet fil-Belt fejn indarab raġel qrib Sant’Iermu. F’rapport separat naqraw illi ħadd mhu jemmen li Michael Falzon siefer ma’ Gaffarena u ma kien jaf xejn dwar l-espropjazzjoni.
Il-gazzetta MALTA TODAY tkompli ssegwi l-iskandlu ta’ Strada Żekka, fejn naqraw kif il-partiti politiċi ntalbu jiddikjaraw x’tip ta’ donazzjonijiet ħadu matul is-snin mingħand Gaffarena.
L-ORIZZONT b’ritratt li juri karozza li ħadet in-nar ilbieraħ f’Ħaż-Żebbuġ.
THE TIMES OF MALTA tgħid illi l-Ministri tal-Intern tal-UE naqsu milli jaslu fi qbil dwar il-kwoti għall-immigranti.
THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt tal-Prim Ministru Joseph Muscat f’laqgħa ma’ uffiċjal għoli mill-Partit Komunista Ċiniż. U storja oħra dwar Ronnie Pellegrini li ingħata kariga fis-Segretarjat ta’ Helena Dalli.
//= $special ?>
