Saviour Attard, il-kunjatu ta’ Mark Gaffarena, fetaħ proċeduri ta’ libell kontra l-gazzetta MaltaToday u qed jitlob kumpens għad-danni.
Fil-libell, Attard għamel referenza għal ritratt tiegħu li ġie ppubblikat fil-gazzetta MaltaToday u li, skontu, intuża’ biex itappanlu r-reputazzjoni.
Ir-ritratt, bil-kitba “Joe Gaffarena”, akkumpanja storja bit-titlu “Gaffarena: A tale of illegalities”.
Il-libell, iffirmat mill-Avukat John Bonello, sar kontra l-Editur tal-gazzetta u anke kontra l-ġurnalist Jurgen Balzan.
//= $special ?>
