Ir-Re tal-Kamerun Fon Abumbi II hu miżżewweġ lil mitt mara, li 72 minnhom kienu ta’ missieru qabel dan miet fl-1968.
Dan għaliex hi tradizzjoni fil-Kamerun li r-Re ġdid jiret in-nisa ta’ missieru meta dan imut. U minn dawn in-nisa b’kollox ħa iktar minn 500 tifel u tifla.
Imma minkejja dawn in-nisa kollha, f’intervista r-Re tkellem fuq l-importanza li għandhom għalih u enfasizza fuq ir-rispett li għandu lejhom.
Jekk il-qawl “wara kull raġel ta’ suċċess hemm mara” hu vera, ir-Re Abumbi II għandu futur sabiħ.
//= $special ?>