Ċifri li għadhom kemm ħarġu juru li n-naħal jikkontribwixxi aktar mill-monarkija tal-pajjiż għall-ekonomija Ingliża.
Riċerkaturi mill-Università ta’ Reading ikkalkulaw il-valur tan-naħal billi eżaminaw kemm ċerti ħxejjex u frott jiddependu min-naħal biex jikbru u x’impatt dawn iħallu fuq l-ekonomija meta jinbiegħu.
Minn dan il-kalkolu nstab li n-naħal jikkontribwixxi 651 miljun lira sterlina fl-ekonomija Ingliża kull sena – 150 miljun aktar minn dak li jitħalla fl-ekonomija Ingliża marbuta mat-turiżmu minħabba l-familja rjali.
Ir-riċerkaturi sabu wkoll li 85 fil-mija tal-ġbir tat-tuffieħ u 45 fil-mija ta’ dak tal-frawli fir-Renju Unit jiddependu min-naħal, u dawn bejniethom fl-2012 kienu wara d-dħul ta’ 200 miljun lira sterlina fl-ekonomija Ingliża.
Il-Gvern Ingliż bħalissa qed jikkunsidra titneħħiex projbizzjoni fuq tip ta’ pestiċida li hu suspettat li wassal biex mietu ħafna naħal.
In-naħal li jipproduċi l-għasel fir-Renju Unit illum il-ġurnata naqas drastikament iżda mhux magħruf eżattament għaliex.
IR-RENJU UNIT:In-naħal jikkontribwixxi aktar fl-ekonomija mill-familja rjali
