Futbol Sport

Magħruf il-programm tal-Premiership

Chelsea se jibdew jiddefendu t-titlu tagħhom fl-Ingilterra b’logħba f’darhom kontra Swansea. Dan sar magħruf dalgħodu meta tħabbru l-fixtures għall-istaġun 2015/16.

Friski mir-rebħ tal-kampjonat, it-tim ta’ Mourinho diġa’ se jibda bil-mixja tiegħu fi staġun ġdid li jidher li se jkun ta’ sfida akbar. Fl-ewwel jum tal-kampjonat, Manchester United se jilgħabu home kontra Tottenham. U West Brom jilqgħu lil Manchester City.

Il-partiti huma skedati għall-weekend ta’ bejn it-8 u d-9 t’Awwissu.

Fl-ewwel ġurnata ikollna l-partiti Arsenal kontra West Ham, Stoke kontra Liverpool, Newcastle kontra Southampton u Leicester kontra Sunderland.