Il-Patrijiet Franġiskani ta’ Assisi qed jappellaw biex tifla Iraqqina ta’ tliet snin, maħtufa mill-ISIS, tiġi salvata.
Nedew ukoll hashtag #SaveCristina hekk kif mal-midja Taljana qasmu l-istorja taċ-ċkejkna li ġiet maħtufa minn idejn ommha f’Awwissu li għadda.
Il-patrijiet qalu li fl-aħħar vjaġġ tagħhom, madwar 70 kilometru bogħod minn Mosul, fl-Iraq, delegazzjoni tal-patrijiet iltaqgħet ma’ familja mill-Iraq li rrakkuntatilhom storja terribbli ta’ vjolenza u abbuż.
Il-familja rrakkuntat kif il-membri tagħha kienu mġiegħla jitilgħu fuq xarabank, mhedda li jinqatlu, u ġiegħluhom jitilqu mingħajr it-tifla ż-żgħira Cristina. Għalhekk, f’disperazzjoni, il-familja kienet qed titlob l-għajnuna tal-patrijiet li min-naħa tagħhom daru għall-midja soċjali.
Il-patrijiet qed jittamaw li bil-kampanja tagħhom jirnexxilhom irattbu l-qlub tal-militanti tal-ISIS li min-naħa tagħhom jeħilsu lit-tifla biex tkun tista’ tingħaqad mal-familja tagħha.
//= $special ?>