Internazzjonali

Raġel jinqatel minn tigra f’Tbilisi

Raġel inqatel minn tigra bajda li ħarbet minn zoo f’Tbilisi, il-kapitali tal-Gorġja. It-tigra kienet waħda mill-ħafna annimali li fi tmiem il-ġimgħa ħarbu miz-zoo ta’ Tbilisi wara għargħar kbar. L-awtoritajiet kienu stqarru li l-annimali perikolużi kollha kienu nstabu u mhux magħruf kif ma ndunawx b’din it-tigra nieqsa li wara nqatlet mill-Puliżija.