It-Tlieta filgħodu, ir-residenti f’San Blas, immexxija mill-Caritas, kienu servuti l-ikel u mgħejjuna fil-qadi tagħhom fir-residenza minn żewġ mistednin differenti minn tas-soltu.
Dan hekk kif kellhom żjara mill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-mara tiegħu s-Sinjura Kate Gonzi. Filwaqt li s-Sinjura Gonzi tat daqqa ta’ id fil-ħidma tal-kċina (ritratt fuq), l-eks Prim Ministru ta daqqa ta’ id f’xogħlijiet oħrajn madwar ir-residenza.
Matul il-jum, u wara li kielu flimkien, l-eks Prim Ministru Gonzi u s-Sinjura tiegħu kellhom ftit ċans ieħor jiltaqgħu mar-residenti u l-amministrazzjoni tar-residenza (ritratt isfel). Hemm, huma sabu l-ħin ukoll jisimgħu l-esperjenzi u forsi wkoll jaqsmu xi ftit ċajt ma’ dawk preżenti.
Matul dan il-jum ta’ ħidma volontarja, il-koppja Gonzi kellhom iċ-ċans jaraw aktar mill-qrib il-ġid li l-Caritas tagħmel għal dawk li jitolbu s-servizzi tagħha. Setgħu jaraw u jmissu b’idejhom il-ħidma bl-għan ewlieni li tippromwovi l-iżvilupp u l-ġustizzja soċjali, ibbażata fuq il-valuri Kristjani li jiggwidaw lill-Caritas.
//= $special ?>


