Futbol Sport

Saviour Debono Grech iħalli lil Mosta F.C.

Saviour Debono Grech, li f’Diċembru li għadda nħatar bħala l-assistent ta’ Peter Smith fit-tmexxija ta’ Mosta, ħabbar li temm din l-avventura.

Dan is-sit hu nfurmat li numru ta’ klabbs urew interess f’Debono Grech madankollu s’issa dan hu biss interess minħabba li d-deċiżjoni li jħalli lil Mosta ttieħdet biss fl-aħħar sigħat.

Matul il-karriera tiegħu Debono Grech kien kowċ ta’ Msida St. Joseph u Siġġiewi, kif ukoll assistent kowċ ta’ Mqabba, Melita, Sliema Wanderers u Hibernians FC (ritratt).

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).