Numru ta’ persuni qed jirċievu telefonati bħala parti minn scam internazzjonali. Dan wara li fl-aħħar jiem il-Pulizija ta’ Malta wissew dwar messaġġi mingħand frodisti barranin, fosthom mill-Każakistan.
Fil-każ tal-messaġġi, min jirċivihom jintalab iċempel fuq numru provdut waqt li min jirċievi t-telefonata lanqas biss jilħaq jirrispondi għaliex il-linja tinqata’ mmedjatament. Dan bil-ħsieb li dak li jirċievi l-missed call iċempel lura.
Imma meta wieħed iċempel lura jidħol f’riskju li b’mod qarrieq jittiħdulu xi flus kif ukoll dettalji personali li f’xi każi saħansitra jinbiegħu kollox lil organizzazzjonijiet kriminali.
//= $special ?>


