Lokali

Tarxien Rainbows jixtiequ tmien barranin … fosthom żewġ ritorni

Tarxien Rainbows qed jaħdmu sabiex ikollhom tmien plejers barranin għall-istaġun il-ġdid.

Sorsi fi ħdan il-klabb ikkonfermaw ma’ dan l-istazzjon li l-klabb jinsab f’diskussjonijiet ma’ żewġ plejers li diġa’ lagħbu magħhom l-istaġun li għadda. Dawn huma d-difensur Brażiljan Fernando Lopes Alcântara u l-attakkant Spanjol Carlos Menéndez Hevia magħruf aħjar bħala Carlinos.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).