Futbol Sport

Tarxien Rainbows qrib l-akkwist ta’ Ayrton Azzopardi

Tarxien Rainbows jinsabu qrib li jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant promittenti Malti Ayrton Azzopardi. Hu għandu 21 sena.

Replay hu nfurmat li ntlaħaq ftehim bejn il-klabb u l-plejer li spiċċalu l-kuntratt ma’ Hibernians. B’hekk fadal biss li l-klabb idaħħal il-parametri għand l-MFA u jkun iffirmat il-kuntratt.

Matul l-istaġun li għadda Azzopardi lagħab fl-Ewwel Diviżjoni ma’ Pembroke Athleta. Fil-passat kellu esperjenza wkoll ma’ Msida St. Joseph fost l-oħrajn.

Minkejja l-eta’ żgħira tiegħu, Azzopardi diġa ddebutta fit-tim nazzjonali taħt il-gwida ta’ Pietro Ghedin. Dan minbarra li lagħab ukoll fil-kategoriji l-oħra tat-tim nazzjonali.

Fl-aħħar jiem Azzopardi kien qed jiddiskuti anke’ ma’ klabbs oħra.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).