Il-Pulizija f’South Carolina bdew tfittxijiet intensivi għar-raġel li dan il-lejl fetaħ in-nar fuq Knisja Episkopali tal-komunita’ Afrikana. L-isparatura seħħet f’Charleston, bil-vittmi jkunu disa’.
Jidher li l-persuna li fetaħ in-nar kien raġel ta’ karnaġjon abjad. Tmienja mill-vittmi instabu fil-Knisja stess. Fost il-vittmi, hemm ukoll il-mexxej spiritwali ta’ din il-Knisja Episkopali. Persuna oħra mietet malli waslet l-isptar.
Aktar tard, il-Pulizija qalet li qed iżżomm iż-żagħżugħ ta’ 21 sena Dylan Storm biex jgħin fl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>

