Futbol Sport

Avventura ġdida lil hinn minn Żurrieq għal Jeremy Alden

Il-goalkeeper ta’ 24 sena Jeremy Alden, li f’dawn l-aħħar erba’ staġuni kien ma’ Żurrieq, mistenni jkollu sfida ġdida fl-istaġun li jmiss.

Għad mhix magħrufa d-destinazzjoni li jmiss ta’ Alden iżda l-plejer diġa’ jinsab f’diskussjonijiet ma’ numru ta’ klabbs.

Dan il-goalkeeper kien lagħab għal Sliema Wanderers fil-famuża decider għal post fl-Ewropa fi tmiem l-istaġun 2009/10.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).