Luca Galletti, il-Ministru tal-Ambjent Taljan, appella għal apoloġija mill-kollega Franċiża tiegħu Ségolène Royal, il-Ministru tal-Ambjent Franċiż, wara li f’intervista ħeġġet lin-nies biex ma jiklux Nutella minħabba l-ħsara li qed issir lill-ambjent minħabba ż-żejt tas-siġar tal-palm li jintuża fiha. Royal qalet li dan l-użu qed iwassal biex jinqerdu ħafna siġar tal-palm.
Kien hemm kritika wkoll għal Royal minn ħafna politiċi Taljani li qalu li dak li qalet ma kienx jagħmel sens.
Il-kumpanija Ferrero, li tipproduċi n-Nutella, wieġbet u qalet li s-siġar tal-palm li jintużaw fil-produzzjoni tan-Nutella jintgħażlu b’mod responsabbli.
Battibekk bejn l-Italja u Franza dwar in-Nutella


