Futbol Sport

Birżebbuġa St Peter’s jaħtru lil Roberto Debrincat bħala kowċ

Birżebbuġa St Peter’s FC ħatru lill-kowc Roberto Debrincat għall-istaġun 2015/16.

Fl-istaġun li għadda Birżebbuġa sfaw relegati mill-ewwel Divizjoni wara erba’ snin, fl-ewwel esperjenza tal-klabb f’din id-Diviżjoni.

Debrincat beda l-coaching fl-età ta’ 27 sena u ħadem mat-timijiet taż-żgħażagħ ta’ St George’s FC u Fgura Utd. Fl-aħħar snin Debrincat ħadem ma’ Swieqi United, fejn kiseb promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni, kif ukoll Għaxaq FC u Żurrieq fl-istess Diviżjoni.

Ilbieraħ dan is-sit kien diġa ħabbar li Debrincat laħaq ftehim ma’ klabb fit-Tieni Diviżjoni.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).