Futbol Sport

Godfrey Salerno jħalli lil Birżebbuġa St. Peters

Godfrey Salerno (xellug), li għall-aħħar erba’ snin kien it-Team Manager ta’ Birżebbuġa St. Peters, ħalla din il-kariga.

Dan is-sit hu nfurmat li hemm interess qawwi fih minn klabb tal-Ewwel Diviżjoni u ftehim hu imminenti.

Qabel l-esperjenza tiegħu bħala uffiċjal ta’ Birżebbuġa, Salerno qatta’ 20 sena bħala kowċ fin-nursery ta’ Ħal Għaxaq.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).