L-awtoritajiet fiċ-Chad, hekk kif kien hemm sensiela ta’ attentati li jingħad li twettqu mill-militanti tal-grupp Boko Haram, ħabbru li kienu qed jipprojbixxu l-ilbies tal-burqa, b’dan l-ilbies m’għandux ikompli jinbiegħ fis-swieq tal-pajjiż.
Dan waqt li ċ-Chad qed jassumi rwol ewlieni fl-offensiva kontra dawn il-militanti.
Iċ-Chad hu alleat importanti tal-Punent fil-ġlieda kontra l-Boko Haram li għaddejja fiz-zoni tas-Sahara u l-inħawi ta’ Lake Chad.
Il-maġġoranza taċ-ċittadini ta’ Chad huma Musulmani, iżda l-awtoritajiet xorta ddeċidew li jipprojbixxu l-burqa li tgħatti persuna minn rasha sa saqajha, flimkien mat-‘turbani reliġjużi’. Il-Prim Ministru ta’ Chad, Kalzeuble Pahimi Deubet, fl-aħħar ġimgħat, kellu l-laqgħat mal-Mexxejja reliġjużi ta’ pajjiżu fejn iddiskutew il-miżuri speċifiċi.
Dan hekk kif issa anki l-Kamerun projbixxa l-bruqa fiz-zoni fejn huma attivi l-Boko Haram.
//= $special ?>