Lokali

Il-Pulizija tappella lis-sewwieqa biex jevitaw triq l-Avjazzjoni f’Ħal-Luqa minħabba fjuwil li nfirexx

Il-Pulizija qed tappella lis-sewwieqa biex jevitaw li jgħaddu minn Triq l-Avjazzjoni f’Ħal-Luqa, tul it-triq kollha sa Triq Ħal-Qormi f’Ħal-Luqa minħabba fjuwill li qed ikun rapurtat li nfirexx fit-triq.

Bħalissa membri tal-Protezzjoni Ċivili qgħedin fuq il-post biex ineħħu kull periklu li dan jista’ jikkawża.

Pulizija tad-distrett jinsabu fuq il-post biex jikkontrollaw it-traffiku.