Lokali

Illejla, Net News bi storja dwar ġlied intern fil-Partit Laburista dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena

Illejla, Net News se jkun qed jiżvela diżgwid intern li għaddej bħalissa fil-Partit Laburista b’rabta mal-iskandlu ta’ Gaffarena, li ħammar mhux biss wiċċ il-Gvern, iżda anke wiċċ il-Prim Ministru Joseph Muscat, peress li hu ddeċieda li jżomm id-Dipartiment tal-Artijiet taħt idejh.

Illejla, Net News se jxandar kummenti esklussivi ta’ Deputat Laburista b’kariga importanti fil-Partit Laburista, li jitkellem dwar konverżazzjoni li kellu mas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon dwar ir-relazzjoni li teżisti bejn l-istess Falzon u Mark Gaffarena.

Għal dawn il-kummenti u aktar stejjer esklussivi, segwu Net News illejla fis-19:30.