Lokali

It-Torri l-Aħmar qed jattira l-ħafna nies fuq is-sit ta’ Trip Advisor

It-torri ta’ Sant’Agatha kien mibni biex iżomm l-għadu ‘l bogħod u jħares ix-xtut tat-tramunatana tal-gżira, issa qed jattira l-ħafna nies fuq is-sit ta’ Trip Advisor. Infatti dan it-torri ġie mgħoti it-Trip Advisor’s Certificate of Excellence.

Ħafna qalu li żgur li qatt mal-Gran Mastru Lascaris ma’ kkunsidra li t-torri tiegħu se jsir attrazzjoni kbira għal eluf li jżuru gżiritna.

It-torri ta’ Sant’Agatha inbena bejn 1647 u 1648 u nbena bl-għan ewlieni li jipproteġi l-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex. Illum huwa simbolu tal-valur kulturali u storiku li l-gżejjer tagħna jgawdu, speċjalment fl-għajnejn tat-turisti li jżuruna.

Dawn il-kummenti ġew irrappurtati f’reviżjonijiet pożittivi fuq Trip Advisor. Dan huwa ta’ unur għal dawk voluntiera li sena wara sena jilqgħu t-turisti f’dan it-torri. Dan l-unur huwa wkoll ta’ ġieħ lil Din l-Art Ħelwa li jħares dan is-sit storiku. Huma qalu li jistgħu biss jamministraw it-Torri l-Aħmar b’fondi miġbura minn membri, sponsors u benefatturi.

300160621_a6f5f32893