Karozza tal-linja li waqfet fi Triq ix-Xatt tal-Imsida kkawżat kaos fit-traffiku. Dan hekk kif karozzi oħra tal-linja bdew jippruvaw joħorġu mill-bus lane biex jevitaw din il-vettura wieqfa.
Jirriżulta li, biex is-sitwazzjoni tkompli tiggrava, il-mecchanics tal-kumpanija damu biex waslu fil-post u l-problema ppersistiet għal kważi sagħtejn.
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li din mhix l-ewwel darba li l-istess vettura tal-linja waqfet bil-ħsara, fosthom f’episodji oħra llum stess. Hu għalhekk li minflok qed tintuża għall-passiġġieri, din il-karozza tal-linja qed tintuża biex permezz tagħha jitgħallmu x-xufiera l-ġodda.
//= $special ?>


