Lejlet il-protesta nazzjonali organizzata mill-Front Ħarsien ODZ, id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar l-ambjent u l-iżvilupp.
Il-mistiedna se jkunu l-kelliem għall-grupp Front Ħarsien ODZ, James Debono u l-President tal-MDA, l-Assoċjazzjoni Żviluppaturi Maltin, Sandro Chetcuti.
Possibbli li ż-Żonqor huwa l-uniku sit fejn jista’ jsir dan l-iżvilupp? Daqshekk għandu jsir żvilupp f’pajjiżna? X’għandu jkun ir-rwol tal-MEPA?
Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-6.30pm fuq Radio 101
Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.
//= $special ?>

