Lokali

Pruvaw iwaqqfu l-ajruplan biex jirkbu – Tfajla qattgħet il-birthday fiċ-ċella tad-depot

Turista Taljana li kienet f’pajjiżna fl-aħħar jiem spiċċat arrestata flimkien mal-għarus tagħha wara li l-Erbgħa ħarġet fuq il-mitjar biex twaqqaf ajruplan tar-Ryanair li kien se jitlaq mingħajrhom.

L-istorja bdiet minn kmieni filgħodu meta Enrica Apolioni u Matteo Clementi qattgħu kważi sagħtejn fit-traffiku biex waslu fl-ajruport mil-lukanda li kienu fiha f’Paceville. Ovjament, huma waslu tard ħafna għat-titjira, u meta telgħu għall-borading ma ħellewhomx jgħaddu mill-gate.

F’dan il-mument, il-koppja minn Lecce ġriet lejn gate oħra, sfurzaw il-bieb, ħarġu fuq il-mitjar u provaw iwaqqfu lill-bdot tar-Ryanair. F’dak il-ħin il-magni tal-ajruplan kienu diġa’ mixgħulin. Iżda minflok marru Lecce, Enrica u Matteo sabu ruħhom fil-Qorti dalgħodu wara lejl id-depot.

Il-Maġistrat Doreen Clarke innutat li ż-żgħażagħ daħlu f’zona ristretta kontra r-regolamenti tas-sigurta’, u għalhekk imponiet multa massima ta’ €2,329. Minħabba li kif spjega l-avukat Roberto Montalto dawn iż-żgħażagħ m’għandhomx flus, il-ħlas se jsir bin-nifs.

Fil-Qorti intqal illi lbieraħ Enrica kienet sippost qed tiċċelebra għeluq snina…iżda hi qattgħet dan il-jum fiċ-ċella.

11013427_10203715787521134_3033139318109010675_n

ryanair-aircraft-(12)