Futbol Sport

Ritorn ma’ Tarxien Rainbows għal Roderick Bajada?

Tarxien Rainbows jinsabu f’diskussjonijiet mal-midfielder ta’ 32 sena Roderick Bajada biex dan jerġa’ jilgħab magħhom. Dan wara li l-istaġun li għadda kien misluf lil Pembroke Athleta fl-Ewwel Diviżjoni.

Bajada kien captain ta’ Pembroke fis-suċċess miksub minn Jacques Scerri bħala kowċ matul l-istaġun li għadu kif intemm. Ladarba Scerri issa hu l-kowċ ġdid ta’ Tarxien, dan tal-aħħar jixtieq li jkollu lil Bajada fit-tim tiegħu.

Fl-2012, Tarxien kien akkwistaw lil Bajada mingħand Sliema Wanderers.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).