Lokali

Ritratt: Il-karozzi taħt it-tinda u ż-żwiemel barra fix-xemx

It-tinda li suppost saret biex taħtha jistkennu ż-żwiemel tal-kuċċiera li joperaw minn biswit iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi qed tispiċċa tintuża minn sewwieqa tal-karozzi bħala żona ta’ parkeġġ.

Minn naħa l-oħra ż-żwiemel fil-maġġoranza tagħhom qed jitħallew għal sigħat sħaħ taħt ix-xemx tikwi man-naħa tal-Forti Sant’Iermu.

Dan is-sit irċieva numru ta’ lmenti mhux biss mill-kuċċiera stess imma wkoll minn ambjentalisti li appellaw biex tittieħed azzjoni.