Lokali

Ritratti: Paniku minkejja avviż tal-Pulizija

Fl-aħħar jiem dan is-sit kompla jirċievi ritratti ta’ numru ta’ vetturi tal-gwerra, armati b’machine guns, qed jiġu trasportati madwar Malta u Għawdex.

Madankollu, u kif wissew il-Pulizija xi ġimgħat ilu, m’hemmx lok għall-allarm għax dawn il-vetturi qed jintużaw biss għall-ġbid tal-film 13 Hours li qed jinġibed f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Dawn il-vetturi m’għandomx permess jinstaqu f’Malta imma jistgħu jintużaw biss għall-ġbid tal-film. Hu għalhekk li dawn qed ikunu dejjem trasportati fuq vettura oħra.

13 Hours, tad-Direttur Michael Bay, jirrakkonta l-ġrajja tal-attakk fuq il-konsolat Amerikan f’Benghazi, fejn inqatel l-Ambaxxatur Amerikan J. Christoper Stevens.