Lokali

Awguri lit-tobba l-ġodda

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lill-istudenti kollha li temmew b’suċċess il-kors tal-mediċina aktar kmieni llum.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista f’isem ix-Shadow Minister tas-Saħħa Claudette Buttigieg u x-Shadow Minister tal-Edukazzjoni u l-Impjiegi Therese Comodini Cachia saħaq li bla dubju llum hu jum ta’ ferħ u sodisfazzjon mhux biss għat-tobba l-ġodda iżda anke għall-qraba tagħhom. Bla dubju, dan ma kienx ikun possibli mingħajr it-tant sagrifiċċju matul is-snin.

Il-Partit Nazzjonalista jinkoragixxi lil dawn il-gradwati ġodda biex ikomplu jispeċjalizzaw fis-settur mediku.

Bla dubju li l-ġurnata tal-lum għal dawn iż-żgħażagħ ma kenitx tkun possibli minghajr l-impenn u d-dedikazzjoni tal-lecturers u l-istaff tal-Università ta’ Malta.