Fis-sigħat li ġejjien Valletta mistennija jiffinaliżżaw l-akkiwst tal-holding midfielder Taljan Claudio Pani li għandu 29 sena. Dan il-plejer hu deskrit bħala midfielder difensiv b’ħafna kwalità u kwantità u jixbaħ ħafna t-tip ta’ logħba li jilgħab biha l-ex plejer ta’ Valletta, il-Ġeorġjan Irakli Maisuradze li lagħab f’Malta fit-tieni parti tal-istaġun 2013/14.
Dalgħodu il-paġna ta’ Replay fuq Facebook żvelat b’mod esklussiv li fl-aħħar sigħat komplew id-diskussjonijiet mar-rappreżentant tal-plejer Taljan u n-negozjati waslu fl-aħħar. Dan ifisser li Pani mistenni jkun żvelat bħala akkwist minn Valletta fil-ħin li ġej u għalhekk mistenni jkun inkluż fil-lista ta’ plejers barranin għall-UEFA Ewropa League. Matul il-karriera tiegħu Pani lagħab ma’ diversi klabbs u kien l-aħħar ma’ Campobasso. Madankollu hu lagħab ukoll ma’ Cagliari, Modena u Piacenza fost oħrajn.
Intant l-istess paġna ta’ Replay, dalgħodu qed tiżvela li Valletta mistennija jiffirmaw gowlkiper barrani. Dan se jkun l-Ukren ta’ 28 sena, Oleksandr Musiyenko li mistenni jingħaqad fl-iskwadra l-ġdida ta’ Paul Zammit għall-istaġun il-ġdid. Sorsi infurmati sew żvelaw ma’ Replay li Valletta u Musiyenko diġa’ laħqu ftehim bejnithom madankollu għad fadal problema bil-visa tal-plejer la darba l-Ukrajna m’hijiex pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea. La darba din il-kwistjoni tissolva ruħha, Musiyenko ikun jista’ jissieħeb ma’ sħabu l-ġodda u jibda l-avventura l-ġdida ma’ Valletta. Musiyenko hu twil 188 ċentimetri u lagħab l-aħħar ma’ FC Obolon-Brovar Kyiv.
Intant il-bieraħ filgħaxija Valletta rebħu 3-0 kontra Balzan f’konfront ta’ ħbiberija li ntlgħab fil-grawnd taċ-Ċentinarju bħala parti mill-preparazzjoni għall-UEFA Ewropa League. Il-gowls ta’ Valletta kienu skorjati tnejn mill-internazzjonali ta’ Equatorial Guinea, Thierry Fidjeu Tazemeta u ieħor mit-Tuneżin Marouen Troudi. Hu mistenni li fil-jiem li ġejjien iż-żewġ klabbs jerġgħu jilgħabu kontra xulxin f’konfront ieħor ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għall-Ewropa.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>


