Raġel ta’ 37 sena residenti Santa Venera jinsab f’qagħda kritika wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Armier, limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa. L-inċident seħħ il-lejl li għadda għall-ħabta tal-10:30pm.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ jidher li r-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Kawasaki ER-6F u għal xi raġuni kellu impatt ma’ ħajt. Kawża tal-ħabta r-raġel spiċċa ġo għalqa wara l-ħajt.
Fuq il-post issejħet ambulanza b’team mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajjtu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

