Wara li dan l-istazzjon żvela li s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon gideb lill-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, minn naħa l-oħra, il-Ministru Owen Bonnici qal li Michael Falzon kien raġel, dan waqt li l-pressjoni biex tittieħed azzjoni fil-konfront ta’ Falzon qed tkompli tiżdied.
Intant is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Michael Falzon qed jibqa’ jinsisti illi fl-Iskandlu ta’ Strada Zekka huwa mexa mal-liġi. Għalkemm issa qed jammetti li f’dan il-każ l-affarijiet misshom saru b’mod differenti.
Waqt il-laqgħa “Gvern Li Jisma’” is-Segretarju Parlamentari Falzon saħaq li il-Gvern akkwista nofs Palazz fil-Belt, li kienet toqgħod skola fih, li għandu saqaf tal-injam. Imxejna mal-liġi, għalkemm l-affarijiet setgħu mxew aħjar, qal is-Segretarju Parlamentari Falzon
//= $special ?>